NEWS

 
Konferenza Internazzjonali tal-Folklor bhala parti mill-Qala International Folk Festival
02 September 2010
news image

Ghat-tieni sena konsekuttiva il-Qala International Folk Festival se jkun jinkludi Konferenza Internazzjonali tal-Folklor li se tittella’ fit-tielet jum ta’ din l-attivita’. It-tema tal-konferenza se tkun ‘Traditional Trades of Malta & Gozo’. F’din il-konferenza se ssir prezentazzjoni minn grupp folkloristiku mir-Russja, filwaqt li l-kelliema prinÄ‹ipali se jkunu Anton F. Attard u Gwido Lanfranco, it-tnejn esperti fis-suggett.

Id-dettalji nghataw waqt konferenza tal-ahbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said u mis-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg.

Chris Said fahhar l-inizjattivi li qed jiehdu diversi Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex li qed jisfruttaw l-iskemi ta’ attivitajiet kulturali offruti mill-Gvern biex jorganizzaw attivitajiet varji. Dawn l-attivitajiet qed jilhqu l-iskop tagħhom li jiggeneraw influss ta’ vizitaturi kemm Maltin kif ukoll barranin lejn lokalitajiet li mhux normali jattiraw turisti lejhom. B’hekk l-inhawi kollha tal-gzejjer Maltin jibdew igawdu mill-industrija tat-turizmu.

Chris Said qal li dawn l-istess attivitajiet qed iqarrbu l-komunitajiet rispettivi lejn it-tradizzjonijiet tal-lokalitajiet taghhom u qed jghinu biex izommu hajjin dawn l-istess tradizzjonijiet.

Il-hames edizzjoni ta’ dan il-festival annwali se ssir bejn il-Hamis 16 u l-Hadd 19 ta’ Settembru li gej. Dan il-festival hu karatterizzat mill-partecipazzjoni ta’ gruppi folk internazzjonali kif ukoll bl-esportazzjoni tal-wirjiet fi rhula ohra fil-gzira Maltija. Ta’ kull sena fih jiehdu sehem zewg gruppi internazzjonali li jizfnu f’kull serata. Din is-sena se jiehdu sehem gruppi folk mir-Russja u mill-Italja kif ukoll tliet gruppi lokali u l-grupp organizzattiv Menhir Folk Group.

Il-festival jibda l-Hamis filghaxija meta jsir defilé mill-parteÄ‹ipanti kollha li jitilqu minn hdejn l-ufficcji tal-Kunsilli Lokali u jimxu sa Pjazza San Gużepp fejn issir l-ewwel serata.

Il-Gimgħa hi dedikata għal Malta hekk kif filghodu ssir rapprezentazzjoni f’Marsaskala filwaqt li filghaxija ssir ohra f’San Giljan. Din ‘l-esportazzjoni’ tal-wirjiet f’zewg lokalitajiet turistici Maltin, tghin mhux ftit lill-festival innifsu li jkun ghaddej fil-Qala.

Is-Sibt filghodu, ghat-tieni darba, se ssir il-Konferenza Internazzjonali tal-Folklor fic-Cittadella b’zewÄ¡ kelliema esperti. Filghaxija ssir serata oħra fi Pjazza San Guzepp u wara jkun hemm band lokali li tanima lil dawk prezenti.

Il-Hadd filghodu se jkun organizzat Tieg Malti – li hu popolari ferm mat-turisti u anki ma’ Maltin u Ghawdxin. Wara tinfetah wirja dwar oggetti ta’ folklor li jinkludi xoghol mahdum minn Qalin. Din il-wirja tkun animata minn daqq folkloristiku minn grupp tal-Folklor Ghawdxi. Filghaxija ssir is-serata finali bl-ghoti ta’ trofej lill-partecipanti minn persuni distinti.

 

(Retrieved from the Department of Information portal, direct link: http://www.doi.gov.mt/EN/press_releases/2010/09/pr1600.asp)




 

LATEST NEWS






Qala Folk Festival
   gov.mt Government of Malta
©Qala Local Council. All rights reserved.   

made in malta by Abakus Solutions