NEWS

 
Appreciation: Anthony Camilleri, Councillor, Qala Local Council
30 October 2009
news image


Inhsadna... ksahna... griet ahbar kera li ghalkemm kienet reali kulhadd xtaq li ma kinitx vera. Anton hallina, Anton telaqna, Anton ma ghadux maghna. Mhux la kemm tnizzilha ahbar simili, mhux la kemm temmina u l-aktar ghax siegha qabel jien cempiltlu u kellemt... u issa qieghed hawn f’nofs din il-knisja minghajr ma ilissen kelma, minghajr ma jiccaqlaq, gisem bla hajja. U dlonk il-hsieb jigri bik u tinbet il-mistoqsija: imma ghaliex? Ghaliex Anton? Ghaliex hekk hesrem? Ghaliex hekk f’daqqa? Ghaliex bniedem li kien jghin u joffri hinu ghall-gid tal-lokalita? Ghaliex hu?

U dawn il-mistoqsijiet jibdew iduru f’mohhok ifittxu r-risposta. Mistoqsijiet li mhux la kemm twegibhom. Mistoqsijiet li xi kultant tfittex kemm tfittex tibqa minghajr risposta. Twegiba li mhux la kemm issibha. U terga issaqsi - imma ghaliex Anton?

Sirt nafek mill-qrib madwar 9 snin ilu meta dhalt tifforma parti mill-Kunsill Lokali. Kont mimli hegga, mimli entuzjasmu, mimli energija. Ridt taghti dak li stajt lill-lokalita li int habbejt. Ridt tghin lill-Qalin li int ghozzejt. Ridt tghin u tibqa tghin lil min jitolbok l-ghajnuna u ridt taghti u tibqa taghti kif tista u kif taf  ghall-gid tal-Qala li int kont thobb.

Dejjem hdima flimkien... Iddiskutejna flimkien... Ippjanajna flimkien... Inkwetajna flimkien... Argumentajna flimkien... Qbilna flimkien... u ddecidejna flimkien... imma dejjem b’ghan wiehed f’mohhna: l-gid tal-Qala u l-Qalin. U ghax l-interess QATT ma kien personali imma dejjem il-lokalita taghna u l-gid komuni... l-ahhar kelma tieghek dejjem  kienet tkun ‘carry on’.

Kemm kien jifrah meta norganizzaw xi attivita u tirnexxi. Kemm kien jifrah meta it-team tal-football tal-Qala kien jirbah xi loghba jew tazza... kemm kien ikun ferhan meta b’hafna sforz u hsieb konna nlestu xi progett u ninawgurah u arah jispjega x’ghamilna lil min ikun prezenti. U daqshekk iehor kien jinkwieta meta jisma lil xi hadd igerger gol-pjazza u arah gej dritt fejni u jghidli ‘ghandna t-tgergir’ u qabel insolvu l-ilment ma jistriehx. L-istil ta’ Anton. Umli, sincier u dejjem disponibbli u lest biex jghin.

Hbieb u kollegi, b’qalb maqsuma u b’dieqa kbira jkolli nammetti li tlifna habib, habib li kien dejjem lest li jaghti u jibqa jaghti minghajr ma jistenna xejn lura... Kien dejjem lest li jghin u jibqa jghin lil kulhadd minghajr ma ihares lejn l-ucuh. Tlifna gentlom li ghalih dak kollu li kien jifforma parti mill-Qala, li kien tal-Qala u li hu mill-Qala, ghalih kien jigi l-ewwel, qabel kollox u qabel kulhadd.

U f’jum il-funeral tieghek gejna hawn... f’dan il-maqdes naghtuk l-ahhar tislima, kulhadd imnikket, kulhadd b’dieqa f’wiccu, kulhadd imhasseb. Anton, is-soltu kont tkun ma shabek il-Kunsilliera fl-ewwel fillieri u llum poggejnik f’nofs din il-Knisja mdawwwar bil-familja li tant kont tghozz, hemm fin-nofs minghajr ma tlissen kelma, minghajr ma ticcaqlaq, minghajr le nifs tiehu, minghajr le il-qalb nisimghu thabbat... imma konvint li illum int trid twassal messagg lil kull min hawn prezenti... lil kull min kien jafek... messagg ta’ tama, messagg li jaghti risposta ghal kull mistoqsija u ghal kull dubju li jinbet fina. Ghax  Anton ma ghex sakemm miet. Le, Anton ma ghex sa nhar il-Hamis, imma Anton jien konvint li ghamel min kollox biex jghix ghal dejjem... U biex tghix ghal dejjem trid hafna ferh, trid hafna paci, trid hafna umilta, trid hafna sincerita u trid fuq kollox hafna imhabba. U dan hu Anton li jien naf u li intom hawn prezenti tafu. Anton li jien konvint li ser jibqa jghix ghal dejjem.

Aghatih O Mulej il-Mistrieh ta’ dejjem.

Paul Buttigieg
Sindku Qala




 

LATEST NEWS






Qala Folk Festival
   gov.mt Government of Malta
©Qala Local Council. All rights reserved.   

made in malta by Abakus Solutions