|
Thawwil ta' 230 Sigra f' raba' li sa sena ilu kien abbandunat u mitluq.
06 March 2010
Nhar it-Tlieta 2 ta’ Marzu 2010 bhala parti mill-kampanja Tree Planting Week, il-Kunsill Lokali Qala bl-ghajnuna u l-kollaborazzjoni tal-Ministeru ghar-Rizorsi u affarijiet Rurali, fil-prezenza ta’ l-Onor Ministru George Pullicino u t-tfal ta’ l-iskola Primarja President Anton Buttigeg thawlu madwar 230 sigra f’ raba’ li qed jigi konvertit f’Picnic Area uniku ghall-gzira Ghawdxija liema raba’ jinsab biswit ‘Gnien il-Familja’ fid-dahla tal-Qala.
Il-progett nkwistjoni li hu mifrux fuq medda ta’ madwar 9,000 metru kwadru u li kien raba’ abbandunat u mitluq, dan l-ahhar kien gie devolut lill-Kunsill Lokali Qala. Ix-xoghol fuq dan il-progett beda madwar 11 il-xahar ilu u hu l-hsieb tal-Kunsill Lokali li dan il-progett jitlesta aktar tard din is-sena.
F’kelmtejn ta’ l-okkazzjoni s-Sindku s-Sur Paul Buttigieg fisser is-sinjifikat ta’ din l-attivita b’mod partikulari l-involviment tat-tfal fit-thawwil tas-sigar. Hu qal li jixtieq li ‘intom it-tfal li ser thawlu s-sigra u li maghha ser tiktbu isimkom, tridu din l-istess sigra taghmluha taghkom, trid tkun parti minkom, tridu tiehdu hsieba, tridu tindukrawha u tridu tarawha tikber maghkom.’ Hu fisser dwar l-importanza li ‘nzommu l-ambjent nadif tant li dan ir-raba li fih ser jithawlu s-sigar kien raba’ abbandunat, mitluq b’hafna hitan tas-sajjieh imwaqq u llum il-Kunsill Lokali naddaf ir-raba’u bena aktar minn kilometru hitan tas-sajjieh’.
Is-Sindku spjega lil Ministru prezenti li kienu l-istess tfal li ghenu lil Kunsill Lokali sabiex fix-xhur li ghaddew naddaf il-Bajja ta’ Hondoq ir-Rummien u qasmu basktijiet tad-drapp u boroz tal-plastik lil kull familja residenti fil-lokalita taghna fil-kampanja imnedija sabiex inzommu l-Lokalitajiet Indaf. Fl-ahhar is-Sindku spjega kif il-Kunsill Lokali ser inidi kampanja li fiha ser jithawlu total ta’ madwar 400 sigra f’din il-picnic area u jixtieq jara’ li kull familja tadotta sigra b’mod partikulari fejn ikun hemm twelid gdid ta’ tarbija u li dawn is-sigar titwahhal maghhom l-isem tat-tarbija jew il-familja li tkun adottathom.
Tkellem ukoll il-Ministru George Pullicino li spjega l-importanza ta’ attivitajiet simili. Hu fisser lit-tfal kemm hu importani li nhawlu hafna sigar ghax huma l-istess sigar li apparti li jaghtuna arja pura jiehdu l-arja l-hazina. Hu qal li l-Ministeru tieghu nieda kampanja sabiex jithawlu madwar 400,000 sigra wahda ghal kull persuna li tghix f’Malta u Ghawdex. Il-Ministru ferah lil Kunsill Lokali tal-Qala ta’ din l-inizjattiva u heggegg lit-tfal kollha sabiex mhux biss jiehdu hsieb is-sigra taghhom imma fuq kollox ma ihallu lil hadd min jeqred is-sigar jew jaghmel xi atti vandali fuq sigar li ghandna fil-kampanja.
Wara l-Ministru George Pullicino flimkien mas-Sindku u Kunsilliera prezenti u t-tfal kolla ta’ l-iskola Primarja tal-Qala hawlu madwar 230 sigra. It-tip ta’ sigar imhawla huma tal-Harrub, tal-Lewz, taz-Zebbug, ta’ Guda, tar-Rand, tat-Tin, tar-Rummien, tar-Rihan, tad-Deru u tac-Cawsli.
Qabel din l-attivita xi tfal ta’ l-iskola Primarja tal-Qala qraw poeziji u komponimenti fuq s-sgar, l-ambjent u l-kampanja.
Marcia Borg Segretarja Ezekuttiv
|