NEWS

 
03/08/2011: Il-Kunsill Lokali Qala jilqa b'sodisfazzjon l-ahbar li d-Direttorat ta' l-Ambjent fi hdan il-MEPA qed jirrakkomanda li l-Progett Qala Creek jigi rifjutat.
03 August 2011
news image

Il-Kunsill Lokali Qala jilqa b'sodisfazzjon l-ahbar li d-Direttorat ta' l-Ambjent fi hdan il-MEPA qed jirrakkomanda lill-Board tal-Mepa sabiex il-progett Qala Creek jigi rifjutat.

Filwaqt li d-Direttorat jelenka sensiela ta' inezattezzi li nkitbu fuq il-Bajja ta' Hondoq ir-Rummien fl-Eia....dak propost li bhala Kunsill Lokali Qala mill-bidu nett, 9 snin ilu konna qed insostnu, l-istess Direttorat ikompli jishaq li dan il-Progett ma ghandux jigi lanqas biss ikkunsidrat mill-Board tal-Mepa li hu mifhum li fil-gimghat li gejjin jista jiddiskuti dan il-progett u tittiehed id-decizjoni finali dwar l-imsemmi progett.

Kif elenkat mir-rapport tad-Direttorat tal-MEPA, fl-EIA li sar, inkitbu ammont ta' inezattezzi li b'mod kontinwu ppruvaw joskuraw il-bajja ta' Hondoq ir-Rummien, il-bahar mill-isbah li jifforma parti integrali mill-bajja, l-ambjent tal-madwar kif ukoll lill-Lokalita tal-Qala u lir-residenti Qalin. U kien propju fuq dawn il-linji li l-Kunsill Lokali mill-bidu nett, 9 snin ilu sahaq u ghamel minn kollox bil-limitazzjonijiet li ghandu, sabiex jissalvagwardja l-interessi tal-Qala u l-Qalin inkluz ta’ dawk il-Qalin li kienu favur il-progett ghax ma fehemux jigifieri li r-rapport li sar, l-EIA, kien wiehed totalment biased kontra l-lokaltita taghna u dan sabiex jacevola l-progett Qala Creek u l-izviluppaturi. 

Tajjeb li wiehed jghid li din mhix id-decizjoni finali u ghalhekk il-Kunsill Lokali Qala kif dejjem ghamel tul dawn is-snin kollha irid joqghod attent ghal kull mossa sakemm jasal il-waqt li dan il-progett jitla quddiem il-board u tittiehed d-decizjoni finali.

Konvint li matul dawn l-gimghat li gejjin ser tisimghu hafna dwar dan il-progett u f'isem il-Kunsill Lokali Qala ahna fid-dmir u f' l-obbligu li  nzommukom infurmati dwar dak kollu li jkun qed jigri b’mod partikulari lir-residenti Qalin ghax bhal ma l-Qalin kienu involuti mill-bidu nett permezz tar-referendum hekk issa wara 9 snin ahna fid-dmir li nkomplu ninvolvukom u ninfurmawkom b'kull decizjoni li jiehu l-Kunsill Lokali u bid-decizjonijiet mehuda mill-Board tal-MEPA.

Finalment l-Kunsill Lokali jirringrazzja lid-Direttorat tal-Ambjent fi hdan il-MEPA ghax fehmu l-importanza li l-bajja ta' Hondoq ir-Rummien ghanda ghall-Lokalita tal-Qala, ghall-gzira Ghawdxija u ghal dawk l-eluf ta' Ghawdxin, Maltin u Turisti li jzuruha specjalment matul dan il-perjodu tas-Sajf.

 

Paul Buttigieg
Sindku Qala. 




 

LATEST NEWS






Qala Folk Festival
   gov.mt Government of Malta
©Qala Local Council. All rights reserved.   

made in malta by Abakus Solutions